Ritratti li jqabduk il-bard. Il-fotografu Malti Darrin Zammit Lupi, li jaħdem mar-Reuters iddokumenta l-battalja ta’ bintu Rebecca mal-marda Ewing’s Sarcoma, li huwa tip ta’ kanċer. Dawn ir-ritratti ttieħdu waqt il-pandemija tal-Covid-19.
“Il-pandemija għamlet il-battalja kontra l-kanċer waħda aktar iebsa. Il-pandemija ġabet magħha aktar u aktar anzjetà hekk kif is-sistema immunitarja ta’ Rebecca kienet baxxa ħafna, u b’hekk ikkawżat biżgħat, anzjetà, inkwiet minħabba riżorsi mediċi u separazzjoni minn mal-familja f’mument fejn li l-għaqda tal-familja kienet importanti aktar minn qatt qabel.” – Reuters Pictures
Facebook / Reuters Pictures