Bir-Ritratti: L-Ewwel Ġabra Ta’ Poeżiji Ta’ Dun Karm, Pubblikata Fl-1896!

Meqjus bħala l-poeta nazzjonali ta’ pajjiżna, ix-xogħol ta’ Dun Karm mhux biss jiġi studjat fil-klassi iżda huwa apprezzat mill-ġens kollu Malti. L-aktar xogħol tiegħu li nafu bih huwa, naturalment, il-lirika għall-Innu Malti... però liema kienu dawk il-versi tiegħu li nħarġu għall-ewwel darba u wittew it-triq sabiex jitqies bħala wieħed mill-aktar poeti ewlenin tal-istorja Maltija?

P

Facebook / Kelmet il-Malti / Amy Camilleri

Kif ħafna diġà jafu, minkejja li ta’ spiss nassoċjawh bħala wieħed mill-aqwa esponenti tal-letteratura nazzjonali, Dun Karm kellu ‘l fuq minn 40 sena meta fl-aħħar beda jikteb il-versi bil-Malti fl-1912: qabel dan, huwa kien jikteb biss bit-Taljan. Kienet għal din ir-raġuni li nqeda b’dan l-ilsien meta nħareġ l-ewwel ġabra ta’ versi tiegħu bl-isem ta’ Foglie d’Alloro, jiġifieri “Weraq tar-Rand”, fis-sena 1896. Dan iż-żmien, huwa kien għadu biss ta’ 25 sena.

P

P

Facebook / Kelmet il-Malti / Amy Camilleri

Din il-ġabra kienet diġà indikattiva sew tat-tematika li Dun Karm kellu jsegwi tul il-karriera letterarja sħiħa tiegħu. Il-ktieb jiftaħ b’taqsima miżgħuda b’sentiment Nisrani b’poeżiji bħal A Maria Immacolata, L’Annunziata u A Maria Addolorata. Barra minn hekk, aktar ‘il quddiem nibdew insibu temi bħall-patrijottiżmu ġewwa Alla Patria, jew anki n-natura ġewwa Il mare.

P

Facebook / Kelmet il-Malti / Amy Camilleri

Livinginmalta.com

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI