Matul l-aħħar jiem, Molly bdiet kampanja biex tiġbor il-flus għall-Women for Women Education Fund. Permezz ta’ dan, it-tfajla rnexxielha tiġbor € 500 u qaxret ukoll xagħarha, kif wieħed jista’ jara fir-ritratti hawn taħt.
Nicola, omm Molly tkellmet dwar is-sodisfazzjon tagħha għall-azzjoni mill-isbaħ li għamlet it-tifla tagħha. Fuq il-mezzi soċjali, Nicola qalet li Molly hi tassew kuraġġuża u kitbet: “Int tassew tfajla tal-għaġeb u l-mama hija super kburija bik. Ibqa’ int min int. Inħobbok għal dejjem.” Int tista’ tara t-trasformazzjoni ta’ Mollu billi tidħol HAWN.
Women for Women Education Fund jippermetti lill-organizzazzjoni tinvesti f’taħriġ u edukazzjoni ulterjuri tan-nisa, filwaqt li tiżgura futur aħjar għalihom u għat-tfal tagħhom. L-għan tagħhom huwa li investiment fuq żmien qasir iwassal għal prospetti fit-tul. Kawża tassew ġusta u mill-qalb.
Facebook / Nicola Cutajar