Bir-Ritratti: Tkunx Ta' Periklu Għall-Ambjent U Għal Ta' Madwarek

F’dawn l-aħħar ġimgħat ġie nnutat ammont kbir ta’ lbies protettiv li ġie użat u mormi barra, fejn ġie, ġie. Eżempji ta’ dan huma maskri u ingwanti użati li ta’ min ifakkar li dawn ikunu qed iġorru l-mikrobi li wieħed ipproteġa ruħu minnhom. 

Mhix aċċettabbli u edukazzjoni li malli tlesti minn xi maskra jew ingwanta tarmieha fl-art jew barra fejn tkun. Importanti aktar minn qatt qabel li dawn l-affarijiet jintremew f’kontenituri provduti apposta. Apparti kollox tkun qed tipperikola aktar l-ambjent ta’ madwarna.

Nature Trust Fee Malta tellgħu dan l-avviż b’ritratti ta’ lbies protettiv mormi barra. Huma jħeġġu biex dawn jintużaw biss biex nipproteġu lilna nfusna mill-mard, u mhux biex inpoġġu lill-ambjent fil-periklu.





Mhix ħaġa etika li wieħed ikun għaddej minn xi triq u jsib maskra mormija minn fejn ikun għaddej. Ejjew nirrispettaw aktar lil xulxin!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI