F’inċident li seħħ għall-ħabta tas-1:30pm jidher li nqaleb trailer fil-Marsa-Ħamrun bypass. Għalkemm hemm il-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili fuq il-post, fortunatament ma weġġa’ ħadd.
Għaldaqstant nitolbukom ma tgħaddux mill-bypass biex tevitaw it-traffiku kbir li jista’ jinħoloq. Ir-rampa tal-bypass ta’ bejn il-Marsa u l-Ħamrun tinsab magħluqa.