Bir-Ritratti: Ħafna Qed Isostnu Li Lbieraħ Dehret Xbieha Tal-Madonna! – X'Taħseb Int?

Xena mhux tas-soltu, iżda ħafna qed isostnu l-istess ħaġa. Ilbieraħ filgħaxija, fis-suq ta’ Bormla dehret xbieh fid-dawl, xbieha li ħafna interpretaw li hija xbieha tal-Madonna.





Josef Grech kiteb, “Intom x’tahsbu xħin taraw dan ir-ritratt? Ħbieb dan ir-ritratt rajtu jiena b’għajnejja, ara intomx taraw bħali… is-suq ta’ Bormla.”

Iz-Zija TT kitbet, “Bongu ħbieb tiegħi, xbieha sabiħa tal-Madonna dehret ġewwa s-suq ta’ Bormla.Trid tara biex temmen. Xi ġmiel, Madonna itlob għalina u żommna ‘l bogħod minn kull tiġrib.



Kumment li ġibdilna l-attenzjoni kien dan, “Din xi ħaġa li tissejjaħ ‘pareidolia’. Bażikament bħal meta tkun qed tħares lejn is-sħab u xxebbħu ma xi ħaġa, jew pereżempju ġieli f’madum li jkun irħamat tara bħal xbihat ta’ affarijiet.”

Il-kumment ikompli jgħid, “Inzerta li dik is-sekonda li nġibed ir-ritratt l-ilma u r-rifless tad-dawl għamel forma bħal mant tal-Madonna. M’hemm l-ebda miraklu fih, kumbinazzjoni biss, imma mbilli ngħidu talba għal bżonnijiet tal-umanità ma nagħmlux ħażin.”

Intom x’temmnu li kien?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI