Sewwieqa tal-mutur lokali esprimiet id-diżappunt tagħha għall-fatt li tul it-Triq tal-Kosta, xi mormi dan l-iskart li tista’ tgħid ħoloq ostaklu u nistgħu ngħidu wkoll li ħoloq perikolu għal dawk li jkunu għaddejjin isuqu l-mutur.

Ritratt: Facebook / Francesca Ellul
“Id-direzzjoni tat-triq lejn Paceville hija miksija b’żibel bħal dan, kif ukoll kartun kbir li huwa perikoluż,” tgħid is-sewwieqa lokali Francesca Ellul, li taqsam xi ritratti mil-lejl li għadda ta’ dan l-iskart li nstab tul it-triq.

Ritratt: Facebook / Francesca Ellul
Francesca tgħid li milli jidher kien hemm sewwieq li spiċċa involut f’inċident żgħir li seta’ jkollu konsegwenzi ħafna agħar, wara li biċċa kartun taret għal fuqu. Il-mutur spiċċa ġarrab xi ħsarat u s-sewwieq imnalla kien libes l-ilbies protettiv.