"Bkejt Fis-Silenzju Wara L-Kwinti Kif Rajtu Għajjien U Qalbu Sewda Dakinhar" – Antonella Galea Loffreda

Illum huwa jum ta’ dieqa għal Joseph Galea u Antonella Galea Lofreda wara li ħalliena direttur bravissimu li ħadem ħafna u għallem lil dawn iż-żewġ atturi u preżentaturi – Karmenu Aquilina

Illum tlift persuna wisq għażiża. Ilni nħoss in-nuqqas tiegħu mill-aħħar darba li ġie jarani nirreċta minkejja li ma ddiriġinix hu. Bkejt fis-silenzju wara l-kwinti kif rajtu għajjien u qalbu sewda dakinhar iżda kburi li dak kollu li żera fina kkultivajnieh u iva stajna naħdmu bla ma jiġi hu.” Antonella hawn hekk tirreferi għall-aħħar darba li kien preżenti waqt produzzjoni li ħadet sehem fiha hi stess. 





Antonella ssellem il-memorja tiegħu u tirringrazzjah ta’ kull m’għamel magħha, ma’ żewġha Joseph u ma’ ħafna oħrajn. “Issa strieħ fis-sliem Karm u serraħ rasek li ser nibqa’ nitħarrek u mhux se nħalli l-ebda sur joħnoqni.”



Joseph Galea wkoll xtaq isellem il-memorja tiegħu w isemmi kemm dan id-direttur kien hemm biex jgħallmu u jgħinu jsir professjonali kif inhu llum. “Għallimtni, kif kont issejjaħlu int, l-irfirnar tal-arti teatrali u għamiltni dak li jien, bħalma għamilt ma’ ħafna atturi u diretturi li missew miegħek. Nazzarda ngħid f’dan il-mument ta’ dieqa li għalija it-TEATRU huwa INT.”

Strieħ fis-sliem Karm! Kondoljanzi lill-familjari, qraba u dawk kollha li tant kien ifisser għalihom fosthom Antonella u Joseph!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI