Il-paġna tal-Kunsill ta’ Ħal Qormi għadha kif ħabbret, “Bl-akbar sogħba u b’qalbna sewda, inħabbru li s-Sindku Renald Falzon ħalla din id-dinja, illum 13 ta’ Novembru 2020.”
Huma żiedu, “Kondoljanzi mill-qalb lill-familja tiegħu. Grati għal dejjem għal dak kollu li Renald għamel għall-lokalita’ tagħna.”
F’isem Gwida.mt ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-Qriema kollha f’dan il-mument tant diffiċli speċjalment lill-familjari u ħbieb tiegħu.