L-Avukat Gawdenz Billocca kien it-tieni mistieden fil-programm X’Minnek ta’ David Muscat. Gawdenz tkellem fuq kif kien il-bidu tiegħu! Tajjeb li tkunu tafu li l-karattru ta’ Gawdenz beda minn reċta jisimha, “l-Mara tal-Ministru” fejn hu kien ħa sehem fi rwoll sekondarju. Iżda Fabian tant kien għoġbu dan il-karattru li kien ħoloq li mar fuq Frederick Camilleri l-kittieb ta’ din is-serje.
“Jien niftakar kien ġie d-dar tiegħi, liebes tal-avukat u bil-kostum u impresjonani mill-ewwel”. Kien karattru li skont Frederick “tħares lejh biss ukoll jiġbdek”. Ir-radju jaf il-bidu ta’ Gawdenz. Hekk kif l-ewwel serje kienet appuntu bdiet fuq ir-radju! Fejn Peppina kienet ħadd ħlief il-mibkija Gemma Portelli. MInn hemm ħalla mpatt fuq l-udjenza u ħafna nies ħabbewh.
Imma min fejn ġab il-bagalja? Għal bidu Fabian kien idobba bagalja minn props li kienu ntużaw fit-teatru iżda kellu jirritorna! Minn hemm Fabian ma setax issib kopja ta’ din l-imbierka balgalja. Fabian kien donnu qata’ qalbu! Ħaġa tal-għaġeb jirċievi telefonata u jgħidulu li kien hemm xiħa, residenti fid-Dar tal-Providenza li kienet ħallietna. Warajha ħalliet bagalja. Fabian għoġbitu mill-ewwel din il-bagalja u ta donazzjoni lil din id-dar. Iżda mhux biss!
L-ilbies li jilbes Fabian għall-karattru tal-Avukat Gawdenz Billocca wkoll ġie minn din id-dar! “Infatti fil-credits dejjem kont tara Providenza Boutique” jgħid Fabian fuq il-programm. Dan il-karattru gustuż u ċajtier kien popolari ħafna mat-tfal tant li kien jiġi mistieden f’diversi festini. Fil-bagalja ta’ din il-mara kien hemm Santa tal-Madonnatal-providenza li Fabian żammha dejjem hemm b’rispett. Lit-tfal meta kien ikun mistieden kien iqassmilhom santa simili biex jiftakru li t-talb jasal.