“Bl-Għajnuna Ta’ Sewwieq Li Nzerta Għaddej, Il-Ġriewi Ġew Imneħħija Mit-Triq B’Mod Sigur.” – The Malta Police Force

TMPF The Malta Police Force

Dalgħodu, waqt spezzjoni tat-traffiku li saret fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, il-Pulizija waqqfet xi vetturi kienu qed jinstaqu b’mod irresponsabbli, inkluż b’veloċità ogħla minn dik permessa.

B’riżultat ta’ dan, ittieħdu passi legali u nħarġu diversi kontravenzjonijiet. Matul l-istess ħin, l-uffiċjali preżenti ntebħu li hemm “żewġt iġriewi jiġru f’nofs it-triq”, u b’hekk kienu jinsabu f’riskju serju.

“Bl-għajnuna ta’ sewwieq li nzerta għaddej, il-ġriewi ġew imneħħija mit-triq b’mod sigur. Issejħu l-uffiċjali mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, li kkonfermaw li l-ġriewi ma kinux iċċipjati u għaldaqstant dawn ittieħdu taħt il-kura tagħhom.

Prosit tal-ħidma prezzjuża tagħhom, li ma tieqaf qatt, u li jieħdu ħsieb diversi sitwazzjonijiet fl-istess ħin! Prosit lis-sewwieq li kien ta’ appoġġ għalihom u għen biex jiġu salvat l-ġriewi.







Ritratti:

Facebook/ The Malta Police Force

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI