“Bl-Għajnuna T’Alla Beda X-Xogħol Tar-Restawr Fuq Il-Faċċata” – Fr David John Cilia

Restawr

Messaġġ ta’ sodisfazzjon u kburija ġie maqsum minn Alfred Zammit dwar il-bidu ta’ xogħlijiet ta’ restawr f’Belt Valletta. Huwa spjega kif, matul il-kariga tiegħu ta’ Sindku, kien ħareġ bl-idea li l-Kunsill Lokali jkun minn tal-ewwel li jmexxi ’l quddiem restawr ta’ faċċata ta’ kolleġġjata storika.

F’diskors li kien għamel waqt il-ħatra ta’ Arċipriet ġdid, kien wiegħed li jġib l-appoġġ tal-kunsill biex dan il-proġett iseħħ permezz tal-fondi mogħtija mill-Awtorità tal-Ippjanar.





“Nifraħ u sodisfatt li llum kulħadd fehem fejn ridt li naslu. Illum qed naraw li finalment beda x-xogħol ta’ tindif u Restawr ta’ dan il-Monument mgħoddi lilna minn Missirijietna u aħna fid-dover li nħallu lil ta’ warajna fl-Aqwa Stat.”

Huwa temm jirringrazzja lil kull min ta sehmu biex dan il-proġett importanti seta’ jsir realtà. Qasam ir-reazzjoni tiegħu anke Fr. David John Cilia.

“Bl-għajnuna t’Alla beda x-xogħol tar-restawr fuq il-faċċata… Valletta Local Council, Direttorat Restawr. Olaf McKay , Alfred Zammit”

Prosit!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI