L-importanza li f’restoranti lokali jkun hemm nies imħarrġa fil-kors tal-ewwel għajnuna hija kbira. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, jidher li persuna sabet ruħha f’diffikultà u bidet tifga waqt li kienet qed tiekol għax weħlitilha biċċa laħam.
Is-sinjur li kiteb fuq Are You Being Served?, qal li hu u l-familja tiegħu ma kinux jafu x’riedu jagħmlu meta jiġri dan u milli jidher anqas il-persuni li jaħdmu fir-restorant ma kienu jafu! B’xorti tajba mmens, kien hemm persuna tiekol li kienet imħarrġa u salvat lil din il-persuna milli tifga waqt li qiegħda tiekol.
Is-sinjur għamel appell biex f’kull restorant f’Malta u Għawdex, ikun hemm persuna li tkun xogħol imħarrġa f’dan. Illum il-ġurnata kors ta’ dan it-tip hu pjuttost faċli u jieħu ftit sigħat, ftit sigħat li kapaċi jsalvaw il-ħajja ta’ persuna.
X’taħseb int? Taqbel li f’kull restorant, dejjem għandu jkun hemm persuna mħarrġa fil-kors biex toffri l-ewwel għajnuna jekk ikun hemm bżonn?
Dan hu filmat tal-manuvra li trid issir, manuvra li salvat ħajjet din il-persuna. Il-każ tal-filmat kien ġol-Greċja iżda s-sitwazzjoni deskritta hawn fuq ġrat fil-gżira ta’ Għawdex.
View this post on Instagram