F’kull ħaġa li jagħmel, il-preżentatur Ivan Gaffiero dejjem jipprova jkun ta’ ispirazzjoni u kuraġġ. Kemm jekk qed jippreżenta programm, u kemm qed jieħu sehem f’awdizzjoni.
Ivan lura fit-tielet staġun kien għamel awdizzjoni għal X Factor Malta, u dakinhar ra li jkun ta’ appoġġ anke għal ħaddieħor permezz tad-determinazzjoni tiegħu.
“Memorji sbieħ. Meta ħadt sehem f’X Factor Malta. Għalkemm ma dħaltx fil-finali, kienet esperjenza sabiħa u mimlija tagħlim. Bl-istorja tiegħi kont ta’ kuraġġ għal ħafna nies… u għalija din hija l-akbar rebħa. Il-ħolm ma jieqafx hawn,” kiteb Ivan.
Prosit dejjem Ivan!