Is-segwaċi ta’ Division 7 ilbieraħ għal darb’oħra kellhom xalata. Is-sensiela tinsab fl-aħħar staġun tagħha u t-telespettaturi numerużi lbieraħ żgur li ħadu gost bl-episodju li kien hemm imħejji għalihom.
Soraya, li bħal ma ħafna jafu hi waħda mill-atturi prinċipali f’din is-sensiela kitbet, “Bla dubju, l-aktar biċċa xogħol li ħadt gost naħdem f’ħajti! Minn wara il-kwinti ta dan l-episodju. Grazzi lit-tim kollu. Narawkom il-ġimgħa d-dieħla.”
Hi qasmet xi ritratti minn wara l-kwinti tal-famuża xena! Kif taħseb li ħa tkompli tiżvolġi l-istorja? Aqsam il-ħsibijiet tiegħek magħna fuq il-paġna tagħna!
Facebook / Soraya Queen