Illum jiċċelebra għeluq sninu Monsinjur Victor Grech! Il-Monsijur jagħlaq 91 sena! Ħafna nies jafu lil Monsinjur Victor Grech ixandar fuq Radju Malta u ftit wara mexa għal RTK. Kellu karriera mill-isbaħ fuq ir-radju ta’ aktar minn 50 sena!
Hu twieled ġewwa Borma lura fl-1929 u kien gradwa fl-Arti u t-Teoloġija mill-Università ta’ Malta. Fl-1956 ġie ordanat saċerdot. Waqqaf l-aġenzija Caritas, il-Fondazzjoni għal Persuni bil-problemi tal-Użura u l-Fondazzjoni għar-Riabilitazzjoni Residenzjali. Barra li fetaħ erba’ ċentri residenzjali u ċ-ċentru Outreach.
Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon ħalla messaġġ f’għeluq sninu, “Illum jiċċelebra għeluq sninu Monsinjur Victor Grech. Bniedem b’qalb kbira illi ħadem qatigħ sabiex jgħin lill-persuni li jkollhom il-vizzju tad-droga. Awguri mill-qalb Monsinjur. Ad Multos Annos!”
Aħna f’isem Gwida.mt nawguraw lill-Monsinjur Victor Grech l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali u nirringrazzjawh tax-xogħol siewi li għamel tul ħajtu. Xogħol li għadu jagħti l-frott illum il-ġurnata u jibqa’ għaddej ‘il quddiem.
Ruben Piscopo / DOI