Il-biża’ li l-maltemp jippersisti fis-sigħat li ġejjin ma waqfitx eluf ta’ Maltin milli llejla josservaw it-tradizzjoni tas-Seba’ Viżti; tradizzjoni li ilha tiġi osservata f’pajjiżna għal mijiet ta’ snin, dejjem fis-sigħat ta’ filgħaxija fil-jum ta’ Ħamis ix-Xirka.
Għal din ir-raġuni llejla il-knejjes Maltin sabu rwieħhom fi skiet taqtgħu b’sikkina iżda mimlija daqs bajda hekk kif bosta Kristjani nġemgħu sabiex jiddedikaw it-talb tagħhom għas-seba’ stadji differenti tal-passjoni ta’ Ġesù Kristu.
Facebook / Parroċċa Senglea