Ta’ kull sena, fl-ewwel Erbgħa wara l-Għid il-Kbir tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Girgor fejn bosta Maltin jerħulha bi ħġarhom lejn il-lokalità ta’ Marsaxlokk u jipparteċipaw f’għadd ta’ attivitajiet.
Għal ħafna, dan il-jum iservi wkoll bħala opportunità sabiex jgħumu għall-ewwel darba f’dik is-sena. Billi llum feġġ jum xemxi u sħun, bosta kienu dawk li għamlu proprju dan.
Ma naqasx ukoll li bħas-snin preċidenti t-toroq ta’ Marsaxlokk sabu rwieħhom mimlija daqs bajda hekk kif il-festa ta’ San Girgor rat il-parteċipazzjoni ta’ mijiet ta’ Maltin.
Facebook / Daniel Zerafa u TikTok / @dianacastellanos.dc