“Bqajt Imqajjem Sa Dal-Ħin Biex…” – Il-Kompożitur Chan Vella Lil Martu Alexia

Illum kienet ġurnata speċjali għall-kompożitur u preżentatur Chan Vella u martu l-awtriċi u l-kantanta Alexia. Illum it-tnejn li huma kienu qed jiċċelebraw għeluq snin Alexia. 

Ilbieraħ filgħaxija Chan baqa’ mqajjem sa nofsillejl apposta biex ikun l-ewwel wieħed li jawguralha! Ara x’kitbilha: “Bqajt imqajjem sa dal-ħin biex nawguralek l-ewwel awgurju għall-għeluq sninek. Xewqat sbieħ mingħandi u minghand it-tfal tagħna Avner u Azalea.” 





Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Alexia f’għeluq sninha u nittamaw li kellha ġurnata mill-isbaħ. Awguri mill-qalb!

Facebook/Chan Alexia Vella Schembri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI