“Bqajt Tferraħ Lin-Nies Anke F’Mumenti Diffiċli Ta’ Mard” – Bosta Jsellmu Lill-Maestro Aurelio Belli

Wara li madwar siegħa ilu ħarġet l-aħbar ta’ niket li ħalla din id-dinja l-Maestro Aurelio Belli, bosta fuq li kellhom il-privileġġ li jsiru jafuh matul ħajtu, esprimew is-sogħba tagħhom filwaqt li faħħru l-ġentlomerija kif ukoll ir-rispett li hu dejjem wera lejn dawk ta’ madwaru.

Fost dawk li rreaġixxew għal din l-aħbar kien hemm il-Prim Ministru Dr Robert Abela li ddeskriva lill-Maestro Aurelio Belli bħala “definizzjoni ta’ kuraġġ u reżiljenza.” Il-Prim Ministru faħħar il-pożittività li Aurelio dejjem wera matul ħajtu anke meta kien qiegħed jaffaċja fost l-iżjed sfidi diffiċli ta’ ħajtu minħabba mard serju.



Sellem il-memorja ta’ Aurelio Belli wkoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Alex Borg. Hu fisser kif wieħed għandu jħares lejn il-Maestro bħala “sors ta’ ispirazzjoni” hekk kif minkejja l-qagħda ta’ saħħtu, qatt ma qata’ qalbu u baqa’ determinat li jferraħ lin-nies permezz tat-talent tiegħu fil-mużika.



Strieħ fis-sliem, Aurelio!



Ritratti:

Facebook / Aurelio Belli u Kersten Graham

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI