“B’Qalbna Maqsuma, Inħabbru T-Telfa Tal-Għażiż Missierna… Għalkemm Qalbna Mweġġgħa Bit-Telfa Tiegħu, Aħna Grati Għall-Memorji Li Ħallielna”

Tony iz-Zampa

Fuq il-midja soċjali bosta sellmu l-memorja ta’ Tony iz-Zampa li ħalla din id-dinja nhar il-Ġimgħa minħabba aċċident.

Uliedu kitbulu messaġġ mill-qalb kif ukol id-dettalji tal-funeral. Fosthom Mattea Saliba,

“B’qalbna maqsuma, inħabbru t-telfa tal-għażiż missierna. Kien raġel ta’ saħħa, tjieba u għerf kwiet—persuna li ffurmat ħajjitna bl-imħabba, il-gwida u l-appoġġ bla qies tiegħu. Il-preżenza tiegħu kienet tagħtina serħan, kliemu kien jagħtina direzzjoni, u bl-eżempju tiegħu għallimna t-tifsira vera tal-familja. Għalkemm qalbna mweġġgħa bit-telfa tiegħu, aħna grati għall-memorji li ħallielna—mumenti ta’ ferħ, tagħlim ta’ kuraġġ u ħajja mimlija mħabba li se tibqa’ tiggwidana.”



Se tiġi onorata ħajtu nhar il-15 ta’ April fit-15:30 fil-Knisja ta’ Ħaż-Żebbuġ.



F’isem il-familja, Mattea tikteb, “Il-preżenza tagħkom tfisser ħafna għalina hekk kif ningħaqdu flimkien biex niċċelebraw il-ħajja ta’ raġel tassew speċjali. Dejjem maħbub u qatt minsi.”

Kondoljanzi minn qalbna. Strieħ fis-Sliem Tony.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI