“B’Sogħba Jsellmu L-Memorja Ta’ Helen Montebello Li Għaddiet Għall-Ħajja Ta’ Dejjem Ilbieraħ” – Duke of Connaught’s Own Band Club, Birkirkara

RIP Helen

Il-paġna Duke of Connaught’s Own Band Club ta’ Birkirkara sellem il-memorja tal-attriċi Maltija Helen Montebello permezz ta’ messaġġ ta’ sogħba li ġie ppubblikat fuq il-midja soċjali.

F’dan il-messaġġ, il-President, il-Kumitat u l-fergħat kollha tas-Soċjetà esprimew in-niket tagħhom għall-aħbar tal-mewt tagħha, li seħħet ilbieraħ il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu.

Fl-istess ħin wasslu wkoll il-kondoljanzi tagħhom lill-qraba, familjari u ħbieb tagħha f’dan il-mument diffiċli.

Is-Soċjetà fakkret kif Helen Montebello kienet attriċi stabbilita f’pajjiżna u li matul is-snin kienet ukoll involuta fil-ħidma tas-Soċjetà stess.

Fil-fatt, hija kienet eks-membru tal-Kummissjoni TEAK u kienet tieħu sehem f’diversi drammi tal-Ġimgħa Mqaddsa li jittellgħu mill-istess Soċjetà.

Fil-messaġġ tagħhom, Duke of Connaught’s Own Band Club irringrazzjawha tas-sehem u l-kontribut tagħha matul is-snin, filwaqt li sellmu l-memorja tagħha b’messaġġ qasir iżda mimli tifsira: “Grazzi ta’ kollox Helen.”

Tistrieħ fis-sliem Helen. Kondoljanzi lill-familjari qraba u ħbieb.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI