“B’Sogħba Kbira Llum Tlifna Lil John Treeby, Eks Għalliem Tal-Iskola Sekondarja Mrieħel.” – Maria La Barokka Muscat

John Treeby

Il-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat kitbet biex isellem il-memorja ta’ eks għalliem Malti li għadu kemm ħalla din id-dinja.

“B’sogħba kbira llum tlifna lil John Treeby, eks għalliem tal-iskola sekondarja fl-Imrieħel. Imdejqa ħafna b’din l-aħbar. Dan kien ritratt li ħadna jien u hu meta mort inżuru fl-isptar San Luqa fejn kien qed jiġi rikoverat.”

Maria tagħti l-kondoljanzi tagħha lil martu Yvonne Treeby u lill-familjari kollha. It-telfa tiegħu ser tinħass mill-eks studenti kollha li ċertament jiftakruh.

“Kont ferrieħi, qalb tajba u umli. Issa strieħ John għax ilek ħafna tbati. Strieħ għażiż tagħna,” tagħlaq il-messaġġ Maria.

Insellmu l-memorja ta’ John.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI