“B’Sogħba Nħabbru L-Mewt Ta’ Mario Cutajar” – Għaqda Tan-Nar San Nikola

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Għaqda Tan-Nar San Nikola qasmu mas-segwaċi tagħhom aħbar xejn sabiħa hekk kif ħalla din id-dinja Mario Cutajar.

Qalu, “B’sogħba nħabbru l-mewt ta’ Mario Cutajar, membru attiv għal żmien twil fl- Għaqda Tan-Nar San Nikola  fejn kien jagħti l-għajnuna tiegħu waqt il-manifattura u armar u żarmar fil-festa.”

Żiedu, “Mario għamel żmien ukoll jarma il-kappella ta’ Ħal Xluq u l-madwar bi thejjija għall-festa ta’ Santa Marija. Għalkemm dan l-aħħar ma kienx baqa jaħdem in-nar, xorta waħda dejjem kien ikun minn ta’ quddiem biex jattendi d-diversi attivitajiet li norganizzaw minn żmien għal żmien kif ukoll kien jgħin bid-donazzjonijiet meta nkunu qed niġbru b’ risq il-festa. Mario, strieħ fis-sliem ħdejn il-ħallieq u ħdejn San Nikola li tant ħdimt għall-festa tiegħu. F’isem il-licencee, kumitat u membri, nagħtu l-kondoljanzi tagħna lil familjari u ħbieb.”

Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI