Fuq il-paġna Dar Tal-Providenza Siġġiewi, ħabbru t-telfa ta’ wieħed minnhom. Raġel li dejjem sabuh ta’ appoġġ u kontribut f’din il-familja b’qalb kbira.
“B’sogħba nsellmu l-memorja għażiża ta’ Mario Cutajar impjegat u voluntier tad-Dar tal-Providenza. Kondoljanzi lill-familjari tiegħu. Agħtih o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem,”
Bosta kkummentaw fejn isellmulu u jagħtu l-kondoljanzi lill-familjari. Qassmu anke ritratt tiegħu biex ifakkru l-memorja tiegħu.
It-tim ta’ Gwida.mt jagħti l-kondoljanzi lill-familjari, qraba u ħbieb ta’ Mario. Strieħ fis-sliem għażiż.