Buddy U Piper Ilkoll Qed Ifittxu D-Djar Dejjiema Tagħhom

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-attivista għad-drittijiet tal-annimali Maxine Borg laqqgħet lis-segwaċi tagħha ma’ kelb u qattus li lkoll qed ifittxu id-djar dejjiema tagħhom.

Piper hija qattusa ħelwa immens li għandha 8 xhur. Iċċippjata, msewwija, kif ukoll imlaqqma kif suppost, kif ukoll litter trained. Tmur sew ma’ qtates oħra u hija l-qattusa ideali biex wieħed iżomm id-dar.



Buddy huwa kelb imħallat tar-razzez Rotweiller u Dachshund li lkoll qed ifittex id-dar u l-familja dejjiema tiegħu. Għandu 4 snin, iċċipjat u msewwi kif ukoll imlaqqam kif suppost. Buddy huwa wkoll toilet trained. Iħobb il-mixi, jħobb jilgħab u jħobb l-attenzjoni. Jobdi ħafna kif ukoll imur sewwa mat-tfal. Għadu qatt ma kien madwar klieb oħra, jiġifieri introduzzjoni bil-mod tkun l-aħjar. Buddy ma jbati mill-ebda kundizzjoni medika.



Jekk tixtiequ tadottaw lil Piper jew lil Buddy agħmlu kuntatt ma’ Maxine permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha.

Jekk le, xxerjaw dan l-artiklu biex tkunu qed tgħinuhom xorta waħda!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI