Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Aġġornament tat-Temp żammew lis-segwaċi tagħhom aġġornati b’dak li għandna nistennew mit-temp għall-jiem li ġejjin.
Bdew billi qalu, “Matul dan il-lejl ser ikollna xi ħalbiet tax-xita, jdur ir-riħ mil-lbiċ majjistral għal ħabta tat-3:00 u majjistral qawwi forza 7 buffuri forza 8 ser jaħkmu l-gżejjer Maltin matul il-jum ta’ għada l-Ħamis 29 ta’Jannar. Ilna ġimgħa nitkellmu dwar dan ir-riħ. Mal-jum jista’ jkollna xi ħalba xita iżolata. Temperatura l-ogħla tmiss 17 u l-inqas 11°C. Il-Ġimgħa 30 ta’ Jannar mistenni jkun ftit imsaħħab b’riħ punent forza 5 li jdur punent majjistru forza 5 buffuri forza 6 mal-jum. Temperatura l-ogħla tmiss 16 °C u l-inqas 11°C.”
Żiedu, “Is-Sibt ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna u bix-xita speċjalment wara nofsinhar. Riħ forza 3 punent majjistru li jdur ilbic forza 4, aktar tard wara nofsinhar forza 6 majjistral buffuri forza 7. Temperatura l-ogħla tmiss 16°C u l-inqas 11°C. Temp kiesaħ. Il-Ħadd 1 ta’ Frar ftit imsaħħab bil-possibilita ta’ xi xita. Riħ Majjistral forza 7. Temperatura l-ogħla tmiss 14°C u l-inqas 9°C.”
ChatGPT