Ċans Uniku Sabiex Takkwista E-Scooter Biex Tmur Fid-Destinazzjoni Tiegħek!

Id-domanda għal vetturi li jaħdmu bl-elettriku żdiedet. It-trasport b’żewġ roti qed jiżdied f’Malta u bilmod tista’ tgħid li għaddej minn trasformazzjoni li aktar ma jmur qed timxi fuq l-aspett elettriku. It-traffiku, il-kwalità tal-arja u l-għarfien ambjentali kollha qed jikkontribwixxu għal bidla sinifikanti fl-imġiba tal-konsumatur.





Individwi kif ukoll kumpaniji li qed ifittxu mod ta’ trasport bi prezz baxx, ta’ kwalità għolja u b’emissjonijiet żero sabu s-soluzzjoni grazzi għall-introduzzjoni tal-e-scooters Silence fit-toroq Maltin.

Kont taf li s-Silence huwa ddisinjat u maħdum fl-Ewropa? Infatti il-kumpanija hija l-ikbar manifattur li jispeċjalizza f’vetturi elettroniċi fl-Ewropa u huwa ddedikati biex joħolqu l-aqwa scooters elettroniċi biex jgħinu fit-trasformazzjoni tal-eko-mobilità urbana.



L-iscooters elettroniċi Silence kollha huma bħal scooters konvenzjonali bil-mudelli kollha jiġu b’għażla ta’ modi differenti ta’ sewqan kif ukoll gear sabiex tirriversja. Iżda hemm esperjenza ħafna isbaħ grazzi għall-e-scooters Silence, b’kull min jirkeb igawdi minn rikba mingħajr sforz u stabbli grazzi għaċ-ċentru tal-gravità li jinsab baxx.

X’jagħmel lil din il-marka speċjali?

  • Batterija portable li tista’ tiċċarġgja f’kull post! Barra li tiċċarġġja ruħha waqt li qed tintuża!
  • Tista’ tqabbad l-e-scooter ma’ app u b’hekk tkun dejjem taf fejn qiegħed l-e-scooter tiegħek!
  • L-uniċi scooters li għandhom ir-reverse!

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur lil Kind’s Autosales Ltd. f’Ħal Lija, Malta jew inkella fix-Xewkija, Għawdex. Huma ħa jkunu qed jorganizzaw open week bejn it-13 u t-18 ta’ Settembru 2021 u fejn hemm tista’ takkwista vawċer sa €300 meta tixtri l-e-scooter Silence tiegħek.

Wieħed jista’ wkoll iżur is-sit tagħhom billi jidħol HAWN. Tajjeb infakkrukom li jekk intom imħajrin għal xi wieħed minn dawn e-scooters, tibbukkjaw wkoll test drive.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI