Carlo Borg Bonaci Jagħlaq 60 Sena – Il-Vuċi Tiegħu Żgur Li Hija Waħda Ikonika!

Il-personalità magħrufa tax-xandir Malti Carlo Borg Bonaci illum qed jiċċelebra għeluq is-60 sena tiegħu. Borg Bonaci huwa wieħed mill-aktar vuċijiet familjari fuq ir-radju f’Malta, wara karriera twila li damet aktar minn tliet deċennji.

Fil-fatt, sentejn ilu temm kapitlu importanti fil-ħajja professjonali tiegħu meta ppreżenta l-aħħar programm ta’ filgħodu tiegħu fuq Magic Malta, u b’hekk għalaq karriera ta’ madwar 35 sena fuq ir-radju. Tul is-snin, Carlo kien preżenza kostanti fuq diversi stazzjonijiet popolari fosthom Radju Malta, 89.7 Bay, Radio 101 u XFM, fejn bosta Maltin kienu jibdew il-ġurnata tagħhom jisimgħuh fuq il-programmi ta’ filgħodu.



Minbarra r-radju, Borg Bonaci ħadem ukoll fit-televiżjoni fejn ippreżenta diversi programmi li komplew isaħħu r-reputazzjoni tiegħu bħala figura magħrufa fid-dinja tax-xandir lokali.



Għalkemm illum m’għadux jippresiedi programmi ta’ kuljum fuq ir-radju, Carlo xorta baqa’ attiv fil-qasam tax-xandir. Bħalissa huwa jservi bħala radio coordinator fi ħdan PBS, fejn jissorvelja l-istazzjonijiet tar-radju nazzjonali.

F’jum speċjali bħal dan, ħafna huma dawk li qed iwasslulu l-awguri tagħhom hekk kif illum jiċċelebra dan il-pass importanti fil-ħajja tiegħu. Awguri mill-qalb mingħand it-tim ta’ Gwida, Carlo!



Ritratti:

Facebook / Carlo Borg Bonaci

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI