Catherine O’Hara, L-Attriċi Magħrufa Għal Home Alone U Schitt’s Creek, Tmut Fl-Età Ta’ 71 Sena

Bħalissa bosta segwaċi jinsabu qalbhom sewda bl-aħbar tal-attriċi magħrufa Catherine O’ Hara li ħalliet din id-dinja fl-età ta’ 71 sena, wara li spiċċat mardet. L-aħbar ġiet ikkonfermata mill-maniġer tagħha lill-Variety u qanqlet bosta reazzjonijiet ta’ niket.

O’Hara bdiet il-karriera tagħha fis-snin sebgħin u kienet fost il-moħħ kreattiv wara s-serje satirika Kanadiża SCTV, li ħalliet impatt kbir fuq il-kummiedja tat-televiżjoni. Aktar ’il quddiem daħlet fid-dinja tal-films, b’sehem f’After Hours ta’ Martin Scorsese u aktar tard fil-film klassiku Beetlejuice.

Hija tibqa’ magħrufa wkoll għall-irwol tagħha bħala omm Kevin f’Home Alone, kif ukoll għall-interpretazzjoni memorabbli ta’ Moira Rose fis-sitcom ta’ suċċess Schitt’s Creek, li wasslitilha Premju Emmy.



Matul il-karriera tagħha, O’Hara ħadmet ma’ ismijiet kbar bħall-kollaboratur regolari tagħha Christopher Guest, f’films bħal Best in Show u A Mighty Wind, u offriet ukoll leħinha f’diversi films animati. Fuq it-televiżjoni dehret f’serje popolari bħal Six Feet UnderCurb Your Enthusiasm u The Last of Us.



 O’Hara kienet imfaħħra wkoll għall-abbiltà rari tagħha li tgħaqqad l-umoriżmu mal-emozzjoni. L-aħbar tal-mewt tagħha qanqlet sensiela ta’ tributi minn kollegi u ammiraturi madwar id-dinja.

Catherine O’Hara tibqa’ mfakkra bħala waħda mill-aktar artisti uniċi u maħbuba tal-ġenerazzjoni tagħha.



Ritratti:

Facebook/ The Guardian

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI