Chaz Psaila Tiġrilu Waħda Tinkiteb – Issa X'Ħa Jagħmel Eżatt?

Dawk kollha familjari mad-dinja ta’ TikTok u personalitajiet Maltin li aktar ma jmur qed jiksbu fama fuq dan il-mezz soċjali, żgur mhux forsi li darba jew oħra raw il-filmat ta’ Chaz. Lil Chaz ħafna jafuh ukoll mill-audition tiegħu f’X Factor Malta, li kienet għamlet hit. Imma ejja ngħidu li kienet ta’ suċċess mhux minħabba l-kant tiegħu imma l-attitudni rilassata għall-aħħar li kellu.





Issa li fakkarnikom ftit fl-audition tiegħu, ngħaddu għal dak li ġralu Chaz dan l-aħħar. Hu kien dejjem jara x’ħa jivvinta permezz ta’ TikTok, kellu following qawwi mingħand diversi persuni iżda jidher li l-profil tiegħu ġie magħluq. Hu għamel appell lil TikTok biex jiftħulu l-kont tiegħu mill-ġdid iżda dawn m’aċċettawx l-appell tiegħu.



Nistennew u naraw jekk iġibx żewġ jew jiftaħx kont ieħor issa sabiex ikompli jdaħħakna bl-affarijiet li jivvinta! Hu ħsieb Chaz!

Facebook / Chaz Psaila

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI