Chloé Titley B'Suċċess Ġewwa L-Maċedonja Ta' Fuq Fil-Festival Internazzjonali WAF

Wara s-suċċess li kisbet f’diversi kompetizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali, din il-ġimgħa Chloe’ Titley għamlet suċċess ieħor f’Skopje, fil-Maċedonja ta’ Fuq. Hija ġiet klassifikata fl-ewwel post bl unuri tal-Laureate fil-Festival prestiġjuż WAF (World Association of Festivals), immexxi mill-President Marjan Kataroski. Id-delegazzjoni Maltija kienet immexxija minn Jane Pace.

“Inħossni ferm kuntenta bis-suċċessi lokali u internazzjonali li Chloé Titley qed tikseb fil-qasam tal-kant,” qalet il-vocal coach Jane Pace, li tmexxi l-iskola The Senior Music Academy. “Nixtieq nirringrazzja lill-President Marjan Kataroski għall-istedina, flimkien mal-membri kollha tal-ġurija. Kienet esperjenza indimentikabbli li se tagħti spinta għal aktar suċċessi fil-futur għal din il-kantanta ta’ 11-il sena. Prosit u awguri mill-qalb.”

Prosit ta’ dan is-suċċess!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI