Il-Ħaddiema tas-saħħa qed ikomplu jaħdmu qattiegħ sabiex jassiguraw il-protezzjoni tagħna kontra l-imxija. Id-deputat Prim Ministru u ministru tas-saħħa Chris Fearne ħabba li f’24 siegħa, 98% tat-telefonati li rċivew fuq 111 ġew imwieġba.
Bħalissa f’Malta hawn domanda kbira ta’ nies li jridu jagħmlu t-test tal-Covid-19, u għalhekk nifhmu li dan hu riżultat tajjeb ħafna.
Il-Ministru ħeġġeġ lin-nies biex ikomplu jċemplu u jagħmlu t-test tal-Covid-19. B’hekk biss nistgħu nassiguraw li l-problema tal-pandemija hija kkontrollata.