Chris Martin Tal-Coldplay Jitlob Lis-Segwaċi Tiegħu Jniżżlu D-Diska Tal-Eurovision Tar-Renju Unit

Chris Martin talab lis-segwaċi tiegħu onlajn biex ixandru l-kanzunetta Embers ta’ James Newman li huwa rrappreżenta  r-Renju Unit biha fil-Eurovision is-Sibt li għadda. Il-kanzunetta saret l-ewwel kanzunetta tal-Eurovision tar-Renju Unit li laħqet l-Ewwel 40 tar-Renju Unit mill-2014.

Chris Martin, li huwa ll-frontman tal-grupp Ingliż Coldplay kiteb,“Ħadt gost nara l-Eurovision. B’solidarjetà ma’ dawk li jippermettu r-rebħa billi jiġu megħluba, jekk jogħġbokom ikkunsidraw niżżlu ‘Embers’ ta’ James Newman, li kien tant grazzjuż dwar dan kollu.”

It-tweet ġab aktar minn 200,000 like u kważi 75,000 retweet.



Għalkemm James ma rċieva l-ebda punt din is-sena, il-kanzunetta telgħet fil-quċċata tal-klassifiki tar-Renju Unit tal-iTunes. Embers laħqu wkoll in-numru 36 fil-charts sal-bieraħ.CM



Twitter/Coldplay



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI