Clare Gerada hija l-ewwel mara Maltija li ngħatat it-titlu ta’ dama mir-Reġina, li semmiet lil Clare fil-lista annwali tagħha tal-unuri “għal servizzi għall-prattika ġenerali”. Huwa t-tieni darba li Gerada ġiet imsemmija fl-unuri ta’ għeluq is-sena tar-Reġina, wara li ngħatat MBE fl-2000 għal “servizzi għal mediċina u dawk li jużaw id-droga ”.

Fuq Twitter, Clare qalet li hi “kburija li stajt naqdi lill-pazjenti tiegħi, il-professjoni tiegħi u l-komunità tiegħi għal aktar minn 30 sena. Qaluli wkoll li jien l-ewwel mara Maltija li rċevejt dan il-premju.”
Il-ġenituri ta’ Clare kienu t-tnejn Maltin li emigraw lejn ir-Renju Unit fis-sittinijiet. Ispirata minn missierha, tabib miż-Żejtun, hi studjat il-mediċina fl-University College London u tħarrġet fil-psikjatrija.
Humbled to be awarded DBE. It represents a life times work. I’m proud to have been able to serve my patients, my profession & my community for >30 years. Thanks to my colleagues who’ve worked alongside me. I’m told i’m 1st Maltese woman to receive this award, chuffed.
— Clare Gerada (@ClareGerada) October 9, 2020
Hi mexxiet il-Kulleġġ Irjali tal-Prattikanti Ġenerali bħala l-ewwel president femminili tagħha f’50 sena u hija esperta fuq is-saħħa mentali u l-użu ħażin ta’ sustanzi. Clare hi waħda minn 12-il mara li din is-sena nħatret Dama Kmandanta tal-Aktar Ordni Eċċellenti tal-Imperu Brittaniku. Awguri Clare!
Times of Malta