Nhar il-Ġimgħa Claudia Faniello ser toħroġ kanzunetta ġdida bl-isem Fallin’.
Claudia stess kitbet il-lirika ta’ din il-kanzunetta b’kollaborazzjoni ma’ Elton Zarb u Matteo Depares li ħadmu fuq il-mużika.
Il-kanzunetta hija esperiment f’ġeneru ġdid ta’ mużika għal Claudia, bbażat primarjament fuq ħsejjes moderni.
Claudia tgħid:
Ferħana li qed noħroġ Fallin’ għaliex din hija kanzunetta li qatt ma ħdimt bħala qabel u titkellem fuq sitwazzjoni li kulħadd jista’ jirrelata magħha. Ħadt iż-żmien tiegħi sabiex verament niffoka fuq din il-kanzunetta. Nixtieq li nirrakkonta l-istejjer permezz tal-mużika tiegħi. Dan huwa biss togħma ta’ dak li qed naħdem fuqu u d-direzzjoni li sejra fiha.
Il-kanzunetta Fallin’ ser toħroġ nhar l-Erbgħa 30 t’Awwissu flimkien ma’ vidjow mużikali li ġie maħdum minn studenti tal-midja tal-MCAST.
Claudia għalkemm ilha fix-xena lokali għal bosta snin, baqgħet toħroġ materjal kurrenti u frisk. Hi rrapreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest 2017 bi Breathlessly.