Coachella – wieħed mill-akbar festivals tal-mużika tħassar għal darboħra minħabba l-pandemija. L-avveniment annwali li jsir fin-nofsinhar tad-deżert ta’ California kellu jittella’ fuq żewġ weekends f’April, iżda l-uffiċjal pubbliku tar-reġjun qal li dan ma jistax isir.
Il-festival tal-mużika country, The Stagecoach, li jsir fl-istess lokalità fejn isir Coachella wkoll tħassar. Dan kellu jittella’ aktar tard f’April ta’ din is-sena.
L-uffiċjal pubbliku qal li jekk ikun hemm każ ta’ Covid-19 waqt il-festival, in-numru ta’ persuni li jattendu l-festival u n-natura tal-post fejn jittella’ l-fesitval jagħmluha kważi impossibbli biex wieħed jidentifika l-persuni li setgħu tpoġġew taħt riskju.
Din kienet it-tielet darba fejn il-festival kellu jiġi pospost minħabba l-kriżi tas-saħħa.
Skynews