"Corona Żomm Postok… Ħallini Niżżewweġ Lil Dan Ir-Raġel" – Alana Bondin

Kaxxa nfernali u l-oppost; hekk huma Alana u l-għarus tagħha Nicholas. Meta qed ngħidu kaxxa nfernali f’sens pożittiv għax l-enerġija, il-ferħ u l-pożittività li din it-tfajla għandha, rari ssib! Din il-koppja kellha tiżżewweġ din is-sena imma minħabba Covid-19 tħassar kollox.

Kollox tmexxa għal-lejlet Santa Marija fl-14 t’Awwissu li ġej. Alana baqgħalha biss 50 jum biex tieħu t-titlu ta’ Mrs jew Sinjura.

Lil Alana segwejnieha bosta drabi għaliex apparti l-karattru ferrieħi tagħha, dejjem pruvat ittella’ wkoll filmat fuq tik tok b’tagħlima saħansitra fuq dak li jgħidu n-nies fuq ħaddieħor dwar id-dehra ta’ dak li jkun mingħajr ma jaħsbu ftit.





Insomma, skużana Nicholas inpoġġuk taħt l-ispotlight u forsi nġiegħluk tistħi. Imma tagħtna l-permess Alana Paula Bondin; erm skużawna Alana Bondin għax għal min ma jafx, hekk kien l-istage name tagħha fi ċkunitha ta! Qbadna naqra miegħek illum Alana!

Awguri lilkom mingħandna ta’ Gwida.mt.

Ritratt: Facebook/ Alana Bondin



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI