Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Onor. Chris Fearne għadu kif ħabbar aktar miżuri fuq il-midja soċjali.
Apparti li l-bars se jagħlqu għal xahar, minn nhar il-Ħamis 29 ta’ Ottubru, l-ammont massimu ta’ persuni li jistgħu jinġemgħu fi gruppi fi spazji pubbliċi se jonqos minn 10 persuni għal 6 persuni.
Fi stqarrija, ġie miktub: “Gruppi ta’ aktar minn 6 persuni huma projbiti inklużi fi kjus u fuq bus stops, sakemm ma tinżamx id-distanza soċjali ta’ żewġ metri bejniethom. Din il-miżura ma tapplikax għal persuni li jgħixu fl-istess residenza. Il-multa għal min ma josservax din il-miżura ser tiżdied għal €200.”
Dawn il-miżuri qed jidħlu fis-seħħ sabiex tkun limitata iżjed l-imxija tal-Covid-19.