Fl-24 siegħa li għaddew saru 2537 test tal-Covid-19 li minn dawn instabu 66 każ ġdid. Fuq il-paġna ta’ Saħħa għadu kif tħabbar ukoll li 47 persuna fiequ mill-Covid-19 f’Malta. B’hekk l-ammont totali ta’ każi pożittivi issa tela’ għal 473.
It-total ta’ każijiet li kellna s’issa jammonta għal 3270 u b’kollox sar numru totali ta’ 263,454 swab test. Il-każijiet li nstabu llum għadhom qed jiġu nvestigati.
Din hi xi informazzjoni dwar il-każijiet li nstabu lbieraħ:
15-il każ minn membri tal-familja li kienu pożittivi
13-il każ minn fuq ix-xogħol
2 każijiet impurtati
4 każijiet minn laqgħat soċjali
u 5 każijiet minn kuntatt dirett ma’ persuni bil-Covid-19