COVID-19: In-Numru Ta’ Każijiet Attivi Jerġa’ Jogħla

Fl-24 siegħa li għaddew saru 2108 test tal-Covid-19 li minn dawn instabu 65 każ ġdid. Fuq il-paġna ta’ Saħħa għadu kif tħabbar ukoll li 43 persuna fiequ mill-Covid-19 f’Malta. B’hekk l-ammont totali ta’ każi pożittivi issa tela’ għal 455.





It-total ta’ każijiet li kellna s’issa jammonta għal 3204 u b’kollox sar numru totali ta’ 260,917 swab test. Il-każijiet li nstabu llum għadhom qed jiġu nvestigati.

Din hi xi informazzjoni dwar il-każijiet li nstabu lbieraħ:

  • 10 minn membri tal-familja li kienu pożittivi
  • 7 każijiet minn fuq ix-xogħol
  • 2 każijiet impurtati
  • u 2 każijiet minn kuntatt dirett ma’ persuni bil-Covid-19

The Telegraph



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI