Il-paġna tal-Awtoritajiet tas-Saħħa għadha kif ħarġet l-aħħar aġġornament tas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna.
Sal-bieraħ instab 53 każ ġdid ta’ nies pożittivi għall-virus u fiequ 50 persuna. B’hekk, it-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 667.
41 pazjent pożittivi għal Covid-19 jinsabu ġewwa l-isptar Mater Dei, 3 minnhom fl-ITU.
Sal-bieraħ ingħataw 791, 240 doża tal-vaċċin u b’kollox f’Malta hawn 409, 136 persuna li huma mlaqqma kompletament.
Facebook/Saħħa