Il-paġna Saħħa għadha kemm ħabbret li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 136 każ ġdid. L-istess paġna żvelat ukoll li fiequ mill-vajrus 149 persuna. B’hekk l-ammont ta’ każijiet pożittivi niżel għal 2,681 persuna.
Il-paġna ħabbret ukoll li fl-aħħar 24 siegħa tilef ħajtu anzjan ta’ 85 sena li kien rikoverat ġewwa l-isptar Mater Dei. B’hekk in-numru totali ta’ każijiet ta’ mewt relatati mal-Covid-19 tela’ għal 265 persuna.
Sal-bieraħ ingħataw 25,822 tilqima li 2,969 minnhom huma tat-tieni doża. Tul l-aħħar 24 siegħa saru 3,431 swabs.