"Dak Iż-Żmien Li Nistħi Għadda" – Tereza Anna Tuża L-Midja Soċjali Biex Tagħmel Kuraġġ Lil Ħaddieħor!

Tereza Anna kisbet is-suċċess tagħha dan l-aħħar fuq il-mezzi soċjali, speċjali b’xi TikTok li jnissillek tbissima. Dejjem tara kif ħa tferraħ lin-nies u tul dawn l-aħħar ġimgħat, wieħed seta’ wkoll jinnota bidla fl-apparenza tagħha!

Tereza bdiet titlef ftit mill-piż, bir-ritmu tagħha. Hi ddeċidiet li ttella status biex fl-istess ħin tagħmel kuraġġ lil ħaddieħor. Hi taqsam ħsibijiet li dawk li qed jipprovaw jitilfu l-piż bħala jew huma ta’ figura kemxejn kabbarija żgur li ġieli ħasbu jew qalu bejnhom u bejn ruħhom.

View this post on Instagram

A post shared by Tereza Anna (@teer_eza83)

Fil-post hi tgħid, “Dak iż-żmien li nistħi għadda… Dak iż-żmien li niddejjaq għax in-nies ma jaccettawnix għadda u mar… Dak iż-żmien li niddejjaq għax ħa nkun l-iħxen ma għadux jeżisti… Għax illum rabbejt il-kunfidenza… Illum inħobb lili innifsi kif jien IMMA irrid ikun dejjem aħjar.”

Kompli ferraħ u għamel kuraġġ lil tant u tant nies Tereza Anna! Prosit minn qalbna!

View this post on Instagram

A post shared by Tereza Anna (@teer_eza83)

Instagram / Tereza Anna







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI