F’Novembru li għadda t-tim lokali Inka Media Productions ħabbar li minn din is-sena ser insegwu sensiela ġdida, CASA Ċelestina, taħt id-direzzjoni tal-bravissimu Desier Debono. Din is-sensiela tiġi wara s-suċċess TA’ GERIT, li dderiġieh Desier ukoll.
Ilbieraħ ixxandar l-ewwel episodju u nistgħu ngħidu li r-rispons kien wieħed pożittiv immens minnufih. It-tim jinsab grat għal dan u ħerqan biex it-telespettaturi jkomplu jiskopru kif se tiżvolġi l-istorja.
“Dak kien l-ewwel episodju! Il-kbir għadu ġej… din kienet biss l-introduzzjoni – X’taħsbu?,” jikteb it-tim ta’ CASA Ċelestina. Qasam diversi ritratti meħudin mill-ewwel episodju.
Infakkrukom li r-ripetizzjoni ta’ CASA Ċelestina jixxandar nhar ta’ Ħass fis-14:00 fuq TVM+
Facebook/ CASA Ċelestina