“Dak Li Llum Qed Jgħaddu Minnu L-Palestinjani, L-Ukreni U L-Iranjani, Il-Maltin Esperjenzawh Madwar 85 Sena Ilu” – Seqer Malti

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Seqer Malti tkellmu mas-segwaċi tagħhom dwar dokufilm li ser joħroġ dalwaqt.

Huma qalu, “3,000 attakk bl-ajru. 30,000 binja mġarrfa. 1,500 persuna maqtulin. Malta taf xi tfisser il-ħruxija tal-gwerra. Dak li llum qed jgħaddu minnu l-Palestinjani, l-Ukreni u l-Iranjani, il-Maltin esperjenzawh madwar 85 sena ilu. Pajjiżna kien wieħed mill-aktar pajjiżi bbumbardjati intensament fit-Tieni Gwerra Dinjija.”

Żiedu, “Fost il-bosta traġedji li seħħew matul il-gwerra, jispikka episodju li kellu tmiem kemxejn differenti. Dakinhar, il-mira kienet ir-Rotunda tal-Mosta…F’dokufilm qasir se niltaqgħu mat-tbatijiet li ffaċċja pajjiżna f’dawk is-snin. Se mmorru lura għad-9 ta’ April, 1942 u permezz ta’ ritratti rrestawrati u animati, se nerġgħu ngħixu dan l-avveniment ta’ biża’ u tama.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI