“Dak Li Nixorbu Mit-Tfulija U L-Adolexxenza Jibqa' Magħna Għal Dejjem” – Dr Nicholas Briffa B’Parir Dwar L-Eżempju Li Għandna Nagħtu Lil Uliedna

Il-psikologu u sesswologu għamel diversi punti importanti dwar kif ħajjet il-bniedem tiżviluppa fuq dak li jiġri fit-tfulija, permezz ta’ kitba li qasam fuq Facebook.  Hu kiteb “Fil-psikoloġija konna dejjem nitgħallmu li dak li nixorbu mit-tfulija u l-adolexxenza jibqa’ magħna għal dejjem. Fix-xogħol tiegħi niltaqgħa ma’ diversi individwi li l-mod ta’ kif jaġixxu, iħossuhom dwarhom infushom u jaħsbu jsib l-għeruq tiegħu f’dak iż-żmien.”

Għaldaqstant, ta xi pariri dwar kliem li dawk li għandhom it-tfal, jew jgħixu madwar it-tfal, għandu jgħidilhom u jfakkarhom spiss, fosthom “li l-falliment huwa għalina opportunità kbira… fil-ħajja naqgħu u nqumu mill-ġdid. Minn dan nitgħallmu.”

Għandna ngħidu lis-subien li jekk jibku, mhumiex bniet. Irridu ngħidu lill-bniet li jistgħu jilagħbu l-futbol u l-lotta.  Għandna ngħidu lit-tfal li d-dwejjaq huma għodda biex nirriflettu. Li hemm ħsibijiet tal-biża’, u biex ma jinkwetawx.”

Għandna wkoll ngħidu lit-tfal li fil-ħajja “la hemm rebbieħa u lanqas telliefa” għax “il-ħajja mhijiex ġlieda,” kif ukoll li “l-ħażen jeżisti u jgħix f’kull wieħed minna. Irridu nitgħallmu nimmaniġġjawh.”

Punt ieħor importanti li jsemmi huwa li “rridu ngħidulhom li jekk ma jiżżewġux jew ma jkollhomx tfal, xorta jistgħu jkunu kuntenti u sodisfatti.”

Il-ħsibijiet u l-pariri li qasam Dr Briffa huma tassew validi u reali speċjalment fil-ħajja li qed ngħixu llum il-ġurnata.  Tajjeb li wieħed jaqrahom, jifhimhom, u kemm jista’ jkun jimxi magħhom. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI