Illum hi ġurnata speċjali għaċ-ċkejken Levi u l-familjari kollha tiegħu. Dan hekk kif jaħbat għeluq sninu u bla dubju ħafna awgurawlu.
Fuq il-paġna tiegħu Chasing Dreams: Levi’s Journey, il-ġenituri tiegħu ħallewlu kelmtejn mill-isbaħ biex juru kemm huma kburin bih u kemm dan it-tfajjel jgħallimhom. “Happy Birthday lil dak li wriena t-tifsira vera ta’ reżiljenza. Dak li wriena kif qatt ma naqtgħu qalbna. Is-suldat tagħna!”
Xerrdu anke ritratt għall–okkażjoni. Awguri mill- qalb ċkejken Levi! Jekk tixtiex tkompli tgħin lil Levi fil-vjaġġ tiegħu tista’ tuża d-dettalji li hawn taħt:
