It-tim mediku għandna dejjem inżommu f’moħħna kemm qed iwettaq missjoni xejn faċli, u kemm b’dedikazzjoni qed ikun hemm għall-pazjent f’mumenti kritiċi. Kuljum tant tobba, infermiera u professjonisti qed jaffaċċjaw sitwazzjonijiet iebsin, u problemi ta’ saħħa li jkunu ta’ sfida.
Aktar kmieni llum il-Ministru tas-Saħħa Jo Etienne Abela wera kemm it-tim mediku ħaqqu kull appoġġ, u hu nnifsu uża ħinu biex jassistih. “Dalgħodu qattajt ftit siegħat ngħin lil kollegi tiegħi jopperaw pazjenti b’mard ikkumplikat… Inkomplu naħdmu favur il-pazjenti Maltin u Għawdxin.”
Prosit!