“Dalgħodu, Waqt Diskussjoni Bejn Kunsilliera Nisa F’Jum Il-Mara, Ħabbarna L-Proġett TagħnaTfal – Skema Finanzjarja Għal Ulied Il-Kunsilliera” – Is-Seg

F’Jum il-Mara, ġiet imnedija skema li permezz tagħha se toffri għajnuna finanzjarja biex jiġi pprovdut servizz ta’ childminding għat-tfal tal-membri tal-kunsill waqt il-laqgħat statutorji tal-Kunsilli Lokali. Din l-inizjattiva għandha l-għan li tgħin lill-membri kollha tal-Kunsill biex jibbilanċjaw aħjar ir-responsabbiltajiet familjari u l- impenji uffiċjali, filwaqt li se tinkoraġġixxi parteċipazzjoni ugwali fl-amministrazzjoni lokali. 

Din l-inizjattiva tħabbret mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, waqt diskussjoni mal-Kunsilliera nisa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara, li kienet indirizzata wkoll minn mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela u l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici. 

Ġie spjegat li s-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali flimkien mad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, qed iniedu din l-iskema ta’ għajnuna finanzjarja, li se tkun miftuħa għall-Kunsilli Lokali, Reġjonali u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, biex ikun jista’ jiġi pprovdut servizz ta’ childminding waqt il-laqgħat. Dan se jwassal sabiex il-governanza lokali ssir aktar innovattiva u inklussiva, billi jiġu msaħħa l-opportunitajiet għal dawk li jixtiequ jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-komunitajiet tagħhom, b’anqas piż fuq il-ħtiġijiet personali u tal-familja tagħhom. 

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, qalet li din il-miżura nibtet mill-fatt li ġenituri u kustodji jiffaċċjaw ċerti sfidi biex jibbilanċjaw il-ħajja professjonali u dik tal-familja tagħhom. Hija semmiet kif f’dawn l-aħħar snin ġew introdotti diversi miżuri sabiex dawn l-isfidi jiġu indirizzati u jgħinu lill- ġenituri u kustodji jsibu bilanċ, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat. “L-inizjattiva li qed inħabbru llum hi waħda minn dawk id-diversi miżuri li se jgħinu lill-ġenituri u kustodji jegħlbu l-kunflitt bejn ir- responsabbiltajiet domestiċi u dawk professjonali,” temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli. 





Doi/Pierre Sammut/Facebook/Alison Zerafa Civelli



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI